28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Valladolid (Spanja) fit-3 ta’ Novembru 2011 — María Jesús Lorenzo Martínez vs Dirección Provincial de Educación Valladolid
(Kawża C-556/11)
2012/C 25/62
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Valladolid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Jesús Lorenzo Martínez
Konvenuta: Dirección Provincial de Educación de Valladolid
Domanda preliminari
Il-fatt li wieħed ikun impjegat permanenti mas-servizz ċivil u, konsegwentement, il-fatt li jappartjeni għal waħda mill-kategoriji li abbażi tagħhom is-servizz pubbliku tat-tagħlim huwa strutturat, jikkostitwixxi raġuni oġġettiva suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat li l-komponent uniku tal-kumpens speċifiku għal “taħriġ kontinwu” (ukoll ikklassifikat bħala allowance ta’ kull sitt snin) jitħallas biss, ladarba hemm il-prova li l-kundizzjonijiet meħtieġa huma ssodisfatti, lill-uffiċjali permanenti li jagħmlu parti mis-servizz pubbliku tat-tagħlim?
Full & Egal Universal Law Academy