14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fis-7 ta’ Novembru 2011 — SIA “Kurcums Metal” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-558/11)
2012/C 13/16
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Kurcums Metal”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
(1)
Kejbils komposti mill-poliprilen u minn ħajt tal-azzar bħal fil-każ inkwistjoni jaqgħu a priori taħt is-subintestatura 5607 49 11 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382)?
(2)
Huwa neċessarju li tiġi applikata r-Regola 3(b) tal-Anness I tar-Regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 sabiex jiġu kklassifikati kejbils bħal dawk deskritti fil-każ inkwistjoni?
(3)
Jekk kejbils ibridi, li huma komposti minn poliprilen u minn ħajt tal-azzar, u li l-ikbar daqs tal-qata’ minn nofs taqbeż it-3 mm — bħal fil-każ inkwistjoni — ikunu jaqgħu xorta taħt is-subintestatura 7312 10 98 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tali kejbils huma wkoll inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001, tat-2 ta’ Awwissu 2001, [dwar] l-imposizzjoni ta’ taxxa definitiva kontra d-dumping u l-ġbir definitiv tat-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta’ ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 62)?
(4)
Il-vireg tal-morsa f’forma ta’ U li t-tarf tagħhom huwa tond u li huma marbuta b’kavilji jaqgħu taħt is-subintestatura 7317 00 90 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87?
Full & Egal Universal Law Academy