28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Alicante (Spanja) fit-8 ta’ Novembru 2011 — Fédération Cynologique Internationale vs Federación Canina Internacional de Perros de Pura Raza
(Kawża C-561/11)
2012/C 25/65
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil de Alicante
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fédération Cynologique Internationale
Konvenuta: Federación Canina Internacional de Perros de Pura Raza
Domanda preliminari
F’kawża dwar il-ksur tad-dritt esklużiv mogħti minn trade mark Komunitarja, id-dritt li jiġi pprojbit l-użu ta’ din it-trade mark minn terzi fil-kummerċ, li huwa stabbilit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1), huwa estiż għat-terzi kollha li jużaw sinjal li jimplika probabbiltà ta’ konfużjoni (minħabba xebh mat-trade mark Komunitarja u minħabba l-fatt li l-prodotti jew is-servizzi jixxiebhu) jew, kuntrarjament, jeskludi lit-terzi milli jużaw dan is-sinjal, li jista’ jwassal għal konfużjoni, li kien irreġistrat f’isem din it-terza persuna bħala trade mark Komunitarja sakemm din ir-reġistrazzjoni sussegwenti tiġi ddikjarata invalida?
Full & Egal Universal Law Academy