11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2011 — Société d’Exportation de Produits Agricoles SA (SEPA) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-562/11)
2012/C 39/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société d’Exportation de Produits Agricoles SA (SEPA)
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domanda preliminari
Għandha tiġi imposta sanzjoni fuq esportatur li, minkejja li fil-fatt ma jkunx hemm intitolament għal rifużjoni fir-rigward tal-esportazzjoni inkwistjoni, jippreżenta applikazzjoni għal rifużjoni ta’ din l-esportazzjoni fejn jagħti deskrizzjoni korretta tal-fatti rilevanti għall-għoti ta’ din ir-rifużjoni (1)?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifjużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigwad tal-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/97, tat-18 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 77, p. 12).
Full & Egal Universal Law Academy