10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid- 9 ta’ Novembru 2011 — Consulta Regionale Ordine Ingegneri della Lombardia et vs Comune di Pavia
(Kawża C-564/11)
2012/C 73/25
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Consulta Regionale Ordine Ingegneri della Lombardia, Ordine degli Ingegneri della Provinċia di Brescia, Ordine degli Ingegneri della Provinċia di Como, Ordine degli Ingegneri della Provinċia di Cremona, Ordine degli Ingegneri della Provinċia di Lecco, Ordine degli Ingegneri della Provinċia di Lodi, Ordine degli Ingegneri della Provinċia di Milano, Ordine degli Ingegneri della Provinċia di Pavia, Ordine degli Ingegneri della Provinċia di Varese
Konvenut: Comune di Pavia
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 2004/18/KE (1), fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1(2)(a) u (d), l-Artikolu 2, l-Artikolu 28 u l-Anness II, Kategoriji Nri 8 u 12, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-istipulazzjoni ta’ ftehim bil-miktub bejn żewġ amministrazjonijiet, li huma awtoritajiet kontraenti, dwar l-istudju u l-konsulenza xjentifika u teknika mmirata lejn it-tfassil tal-atti li jikkostitwixxu l-Pjan tal-Gvern tat-Territorju komunali kif inhuma identifikati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali tas-settur, għal korrispettiv li sostanzjalment ma huwiex bi ħlas, fejn l-amministrazzjoni eżekutriċi tkun tista’ tkopri l-kwalità ta’ operatur ekonomiku?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy