11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2011 — Iberdrola, S.A. u Gas Natural SDG, S.A. vs Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.
(Kawża C-566/11)
2012/C 39/13
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Iberdrola, S.A. u Gas Natural SDG, S.A.
Konvenuti: Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.
Full & Egal Universal Law Academy