28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/35
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Danimarka) fl-14 ta’ Novembru 2011 — Agroferm A/S vs Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri
(Kawża C-568/11)
2012/C 25/67
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agroferm A/S
Konvenut: Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri
Domandi preliminari
(1)
Prodott li huwa mmanifatturat miz-zokkor iffermentat permezz ta’ Corynebacterium glutamicum u li huwa kkostitwit — bħalma huwa speċifikat fl-Anness 1 tad-digriet tar-rinviju — minn madwar 65 % ta’ sulfat tal-lisina, kif ukoll minn impuritajiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura (materjali inizjali mhux ikkonvertiti, reaġenti użati fil-proċess ta’ manifattura u prodotti sekondarji) jaqa’ taħt l-intestatura 2309, l-intestatura 2922 jew l-intestatura 3824 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-verżjoni fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (1), tas-27 ta’ Ottubru 2005, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni?
F’dan ir-rigward għandu jittieħed inkunsiderazzjoni jekk l-impuritajiet tħallewx deliberatament fil-prodott bl-għan li jrenduh partikolarment xieraq jew iktar xieraq sabiex jintuża fil-manifattura tal-għalf għall-annimali jew jekk l-impuritajiet tħallewx għaliex ma huwiex neċessarju jew opportun li jiġu eliminati? Skont liema linji gwida għandha, jekk ikun il-każ, tiġi deċiża din il-kwistjoni?
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li huwa possibbli li jiġu mmanifatturati prodotti oħra li jinkludu l-lisina u, b’mod partikolari, il-lisina “pura” (≥ 98 %) u prodotti oħra bbażati fuq il-lisina HCI, li jinkludu ammont akbar ta’ lisina minn dak tal-prodott ibbażat fuq is-sulfat tal-lisina deskritt iktar ’il fuq u għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-ammont tas-sulfat tal-lisina u tal-impuritajiet tal-prodott ibbażat fuq is-sulfat tal-lisina deskritt iktar ’il fuq jikkorrispondi għal dak tal-prodotti ibbażati fuq is-sulfat tal-lisina ta’ manifatturi oħrajn? Skont liema linji gwida għandha, jekk ikun il-każ, tiġi deċiża din il-kwistjoni?
(2)
Jekk, skont il-prinċipju ta’ legalità, hemm lok li jitiqes li l-produzzjoni ma kinitx taqa’ fl-iskema ta’ ħlas lura, imur kontra d-dritt tal-Unjoni li l-awtoritajiet nazzjonali jastjenu, f’kawża bħal dik preżenti u fid-dawl tal-prinċipji nazzjonali ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, milli jitolbu r-rimbors tal-ammont tal-ħlasijiet lura li l-produttur irċieva in bona fide?
(3)
Jekk, skont il-prinċipju ta’ legalità, hemm lok li jitqies li l-produzzjoni ma kinitx taqa’ fl-iskema ta’ ħlas lura, imur kontra d-dritt tal-Unjoni li l-awtoritajiet nazzjonali jirrispettaw, f’kawża bħal dik preżenti u fid-dawl tal-prinċipji nazzjonali ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, impenji suġġetti għal-limiti ta’ żmien (ċertifikati ta’ ħals lura) li l-manifattur irċieva in bona fide?
(1) ĠU L 286, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy