11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/9
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2011 minn ClientEarth mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħti fis-6 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-452/10, ClientEarth, sostnuta mir-Renju tad-Danimarka, mir-Repubblika tal-Finlandja, u mir-Renju tal-Isvezja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-573/11 P)
2012/C 39/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ClientEarth (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla l-ordni tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-452/10
—
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-kunċetti ta’ “indipendenza” u “terzi” fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ewwel, tat-tielet u tar-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura.
Full & Egal Universal Law Academy