4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2011 — Novartis AG vs Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.
(Kawża C-574/11)
2012/C 32/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Novartis AG
Konvenuta: Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.
Domanda preliminari
L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-protezzjoni mogħtija minn ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari mogħti lil sustanza attiva waħda (f’dan il-każ, il-valsartan) testendi għat-twettiq ta’ kompożizzjoni ta’ sustanzi attivi li fihom is-sustanza attiva ċċitata iktar ’il fuq (f’dan il-każ, il-valsartan + il-hydrochlorothiazide)?
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy