4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-21 ta’ Novembru 2011 — DKV Belgium vs Association belge des consommateurs test-achats ASBL
(Kawża C-577/11)
2012/C 32/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DKV Belgium.
Konvenuta: Association belge des consommateurs test-achats ASBL
Domanda preliminari
L-Artikoli 29, (it-tieni paragrafu) u 39 (paragrafu) 3 tad-Direttiva 92/49/KEE (1) u 8, paragrafu 3, (tielet subparagrafu) tad-Direttiva 73/239/KEE (2), minn naħa, u l-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE, min-naħa l-oħra, għandhom ikunu interpretati bħala li jipprojbixxi l-Istati Membri milli jipprovdu, fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-mard mhux relatati max-xogħol, dispożizzjonijiet li taħthom il-primjum, l-eżenzjoni u l-prestazzjoni jistgħu jiġu adattati, fid-data annwali tal-primjum annwali biss:
—
abbażi tal-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur;
—
abbażi ta’ indiċi wieħed jew iktar speċifiċi, għall-ispejjeż tas-servizzi koperti mill-kuntratti privati ta’ assigurazzjoni għall-mard (imsejħa “indiċi mediku”) jekk u sa fejn l-evoluzzjoni ta’ dan jew ta’ dawn l-indiċijiet jaqbeż dak tal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsum;
—
permezz tal-approvazzjoni ta’ awtorità amministrattiva, responsabbli għas-sorveljanza ta’ kumpanniji ta’ assigurazzjoni, fuq talba tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni kkonċernata, meta din l-awtorità tikkonstatata li r-rata tat-tariffa ta’ din l-impriża, minkejja l-adattamenti kkalkulati abbażi tal-indiċijiet msemmija fil-paragrafi preċedenti, jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw telf, li jippermettilha biex b’hekk tieħu miżuri sabiex it-tariffi tagħha jkunu bilanċjati, li jistgħu jinkludu arranġamenti fil-kundizzjonijiet ta’ kopertura.
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoli 6, Vol. 1, p. 346).
(2) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14).
Full & Egal Universal Law Academy