4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto (il-Portugall) fit-22 ta’ Novembru 2011 — Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP) vs Ministério da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território et
(Kawża C-579/11)
2012/C 32/26
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP)
Konvenuti: Ministério da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território, Commissão Diretiva do Programa Operacional Potencial Humano u Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social
Partijiet oħra: Sindicato dos Quadros Técnicos do Estado, Ministério da Saúde u Instituto do Desporte do Portugal (IP)
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari, l-Artikoli 5 sa 8, 22, 32, 34, 35 u 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), tal-11 ta’ Lulju 2006, u l-Artikoli 174, 175, 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ eleġibbiltà territorjali tal-ispejjeż, jiġifieri, fis-sens li l-ispejjeż relatati ma’ operazzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżijoni ikunu eliġibbli għall-Programmi Operazzjonali biss jekk jitwettqu fil-qafas tan-NUTS II (Klassifikazzjoni Komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika) għal kull waħda minn dawn il-Programmi Operazzjonali?
(2)
Konkretament, id-dispożizzjonijet leġiżlattivi ċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu regoli li, billi jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ territorjalità tal-ispejjeż, jippermettu li jkunu eliġibbli dawk l-investimenti — jew l-entità benefiċjarja tagħhom — li ma jinstabux fir-reġjunijiet NUTS II li jaqgħu taħt il-Programmi Operazzjonali speċifikament intiżi għall-Objettiv Konverġenza, (li) jitqiesu li huma eliġibbli taħt dawn il-Programmi Operazzjonali?
(3)
Jew, bil-kontra, id-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, l-Artikoli 5 sa 8, 22, 32, 34, 35 u 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, u l-Artikoli 174, 175 u 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-eżistenza ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ eliġibbiltà territorjali tal-ispejjeż, li jippermettu li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu regoli li jippermettu li jitqies li l-ispejjeż relatati mal-operazzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżjoni huma eliġibbli għall-Programmi Operazzjonali anki jekk ma jitwettqux fil-qafas tan-NUTS II li jaqgħu taħt kull wieħed minn dawn il-Programmi Operazzjonali, b’mod partikolari peress li dawn jirrigwardaw spejjeż/operazzjonijiet b’effett ta’ tixrid rilevanti (“spill-over effect”), jiġifieri, ġustifikati skont in-natura tal-operazzjonijiet u l-effett moltiplikatur li jikkawżaw f’reġjunijiet separati minn dawk li fihom isir l-investiment?
(4)
B’mod iktar konkret, tali dispożizzjonijiet leġiżlattivi jipprekludu li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu regoli li jippermettu li jitqiesu eliġibbli, fl-ambitu tal-Programmi Operazzjonali intiżi għall-Objettiv Konverġenza, investimenti li l-post fejn jinsabu jew il-post fejn tinsab l-entità benefiċjarja ma huwiex fir-reġjunijiet NUTS II li jaqgħu taħt l-Objettiv Konverġenza, b’mod partikolari peress li dawn jirrigwardaw spejjeż/operazzjonijiet b’effett ta’ tixrid rilevanti (“spill-over effect”), jiġifieri, ġustifikati skont in-natura tal-operazzjonijiet, u l-effett moltiplikatur li jikkawżaw f’reġjunijiet separati minn dawk li fihom isir l-investiment?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25)
Full & Egal Universal Law Academy