28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/39
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2011 minn Dow AgroSciences Ltd, Dow AgroSciences LLC, Dow AgroSciences, Dow AgroSciences Export, Dow Agrosciences BV, Dow AgroSciences Hungary kft, Dow AgroSciences Italia Srl, Dow AgroSciences Polska sp. z o.o., Dow AgroSciences Iberica, SA, Dow AgroSciences s.r.o., Dow AgroSciences Danmark A/S, Dow AgroSciences GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-475/07: Dow AgroSciences Ltd et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-584/11 P)
2012/C 25/74
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Dow AgroSciences Ltd, Dow AgroSciences LLC, Dow AgroSciences, Dow AgroSciences Export, Dow Agrosciences BV, Dow AgroSciences Hungary kft, Dow AgroSciences Italia Srl, Dow AgroSciences Polska sp. z o.o., Dow AgroSciences Iberica, SA, Dow AgroSciences s.r.o., Dow AgroSciences Danmark A/S, Dow AgroSciences GmbH (rappreżentanti: C. Mereu, avukat, K. Van Maldegem, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-475/07; u
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE, tal-20 ta’ Settembru 2007 (1), dwar in-noninklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (2) u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza; jew
—
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u
—
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż (inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali).
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li biċ-ċaħda tat-talba tagħhom għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE, tal-20 ta’ Settembru 2007, dwar in-noninklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tal-fatti u tal-kuntest ġuridiku applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Għalhekk hija wettqet numru ta’ żbalji ta’ liġi, b’mod partikolari:
—
peress li ma kkonstatatx li l-Istat Membru relatur u l-EFSA kienu talbu lill-appellanti jissottomettu iktar data sabiex jiċċaraw il-fajl, skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 451/2000 (3);
—
peress li ma kkonstatatx li l-Kummissjoni ma kinitx segwiet il-kors normali tal-proċedura regolatorja, kif preskritt fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468 (4) u peress li sostniet li l-Kummissjoni ma kinitx kisret l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468; u
—
peress li ma kkonstatatx li l-Kummissjoni evalwat it-trifluralin fid-dawl ta’ kriterji barra mill-portata tad-Direttiva 91/414 li għalihom ma hemm l-ebda bażi fil-qafas legali rilevanti, u li għalhekk aġixxiet ultra vires.
Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti jsostnu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-475/07 għandha tkun annullata u li għandu tkun ukoll annullata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE.
(1) ĠU L 255, p. 42.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 28, p. 292.
(4) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124.
Full & Egal Universal Law Academy