28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/41
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2011 minn Omnicare, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-290/09 — Omnicare, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Astellas Pharma GmbH
(Kawża C-588/11)
2012/C 25/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Omnicare, Inc. (rappreżentant: M. Edenborough QC)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Astellas Pharma GmbH
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla s-sentenza li hija s-suġġett tal-appell. Barra minn hekk, l-appellanti titlob li l-UASI jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż kemm tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll ta’dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka aggravju wieħed, jiġifieri li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) (ir-“regolament il-ġdid”). Il-kawża preżenti tirrigwarda oppożizzjoni mressqa minn Astellas Pharma GmbH (li qabel kienet Yamanouchi Pharma GmbH) (il-parti li qed topponi) bbażata fuq it-trade mark Ġermaniża Nru 394 010348, irreġistrata mill-parti li qed topponi u allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (2) (ir-“regolament l-antik”) (li iżda, għal dak li jirrigwarda l-partijiet relevanti, huwa identiku għar-regolament il-ġdid). Peress illi t-trade mark preċedenti kienet ilha rreġistrata għal iktar minn ħames snin qabel ma tressqet l-oppożizzjoni, il-parti li qed topponi kellha tipprova li t-trade mark kienet is-suġġett ta’ użu serju sabiex din tkun tista’ tintuża bħala bażi għall-oppożizzjoni.
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li t-trade mark preċedenti invokata mill-parti li qed topponi kienet, skont il-liġi, is-suġġett ta’ użu serju. Huwa paċifiku li t-trade mark inkwistjoni kienet effettivament ġiet użata fil-kummerċ minn jew bil-kunsens tal-parti li qed topponi fir-rigward tas-servizzi li għaliha din kienet irreġistrata. Madankollu, dan l-użu kien marbut mal-provvista ta’ servizzi bla ħlas. Konsegwentement, skont il-liġi, dan l-użu ma jistax jiġi invokat sabiex jiġi stabbilit li t-trade mark kienet is-suġġett ta’ użu serju. Dan il-punt kien is-suġġett ta’ ġurisprudenza li, skont l-appellanti, (a) ġiet użata b’mod żbaljat mill-Qorti Ġenerali u (b) fi kwalunkwe każ, hija kontradittorja. Konsegwentement, il-kwistjoni tal-konsegwenzi ġuridiċi li għandhom jitnisslu f’tali sitwazzjoni fattwali għandha tiġi riżolta mill-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1 p. 146)
Full & Egal Universal Law Academy