24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Steinel Vertrieb GmbH vs Hauptzollamt Bielefeld
(Kawża C-595/11)
2012/C 89/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Steinel Vertrieb GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld
Domandi preliminari
Għandhom
(a)
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001 (1), tas-16 ta’ Lulju 2001, li timponi dazju definittiv dwar l-anti-dumping u li tiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
u
(b)
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007 (2), tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini, jiġu interpretati fis-sens li jinkludu wkoll lampi florexxenti kompatti bi swiċċ sensittiv għad-dawl tax-xemx importati mir-rikorrenti u deskritti f’iktar dettall fid-digriet?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 43.
(2) ĠU L 272, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy