11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juridiction de Proximité de Chartres (Franza) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Hervé Fontaine vs Mutuelle Générale de l'Éducation Nationale
(Kawża C-603/11)
2012/C 39/19
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Juridiction de Proximité de Chartres
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hervé Fontaine
Konvenuta: Mutuelle Générale de l'Éducation Nationale
Domanda preliminari
L-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iffirmat f'Lisbona fit-13/12/2007, u li daħal fis-seħħ fit-territorju Franċiż fl-1/12/2009, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu L 112-1 tal-Code de la Mutualité Franċiż, sa fejn l-interpretazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni tipprojbixxi lill-kumpanniji mutual ta’ assigurazzjoni li jipprovdu assigurazzjoni addizzjonali tas-saħħa milli jvarjaw il-benefiċċji tagħhom skont il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ ċertifikati u ta’ servizzi, filwaqt li din ir-restrizzjoni ma hijiex imposta fuq kumpanniji oħra li wkoll jipprovdu assigurazzjoni addizzjonali tas-saħħa, kemm jekk huma rregolati mill-Code des Assurances jew mill-Code de la Sécurité Sociale?
Full & Egal Universal Law Academy