3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-30 ta’ Novembru 2011 — Proċeduri kriminali kontra Vincenzo Veneruso
(Kawża C-612/11)
2012/C 65/07
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Vincenzo Veneruso
Domandi preliminari
L-Artikoli 43 KE u 49 KE, li jirrigwardaw il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi, jawtorizzaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju u sistema ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet li, f’numru determinat ta’ liċenzji, tipprovdi:
(a)
l-eżistenza ta’ tendenza ġenerali li tħares lid-detenturi ta’ liċenzji maħruġa f’perijodu preċedenti abbażi ta’ proċedura li eskludiet illegalment parti mill-operaturi;
(b)
il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu, fil-fatt, iż-żamma ta’ pożizzjonijiet kummerċjali miksuba fi tmiem ta’ proċedura li, eskludiet illegalment parti mill-operaturi (bħal, pereżempju, il-projbizzjoni għal operaturi liċenzjati ġodda li jistabbilixxu l-fergħat tagħhom eqreb minn distanza speċifika lejn dawk eżistenti);
(c)
l-iffissar ta’ każijiet li jwasslu għar-revoka tal-liċenzja u għal kisba ta’ depożiti ta’ garanzija ta’ ammonti kbar ħafna, inkluż il-każ fejn il-persuna liċenzjata topera attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard transkonfinali, direttament jew indirettament, simili għal dawk li tkopri l-liċenzja?
Full & Egal Universal Law Academy