17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-30 ta’ Novembru 2011 — Niederösterreichische Landes-Landwirtschaftskammer vs Anneliese Kuso
(Kawża C-614/11)
2012/C 80/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Niederösterreichische Landes-Landwirtschaftskammer
Konvenuta: Anneliese Kuso
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva 76/207/KEE (1), fil-verżjoni emendata bid-Direttiva 2002/73/KE, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-kwistjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fil-kuntest tat-terminazzjoni ta’ relazzjoni ta’ xogħol, li tirriżulta esklużivament mit-tmiem tat-terminu taħt kuntratt ta’ xogħol individwali għal żmien determinat konkluż qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva (jiġifieri f’dan il-każ qabel l-adeżjoni tal-Awstrija fl-Unjoni Ewropea), għandha tiġi eżaminata mhux fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni kuntrattwali li tistipula ż-żmien determinat bħala “kundizzjoni għat-tkeċċija” iżda biss fil-kuntest taċ-ċaħda tat-talba għall-estensjoni tal-kuntratt, ikkunsidrata bħala “kundizzjoni għar-reklutaġġ”?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187), fil-verżjoni emendata bid-Direttiva Tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill 2002/73/KE, tat-23 ta’ Settembru 2002.
Full & Egal Universal Law Academy