28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/43
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2011 minn Luigi Marcuccio kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-236/02, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-617/11 P)
2012/C 25/81
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
—
tannulla l-partijiet tas-sentenza tal-14 ta’ Settembru 2011, fil-Kawża T-236/02, fejn ġew miċħuda t-talbiet ta’ natura kumpensatorja u riparatorja magħmula mill-appellant fl-atti tiegħu ddepożitati fil-kuntest tal-kawża inkwistjoni;
—
prinċipalment, tordna lill-appellata tbati l-ispejjeż u taċċetta b’mod sħiħ u mingħajr eċċezzjoni t-talbiet ta’ natura kumpensatorja u riparatorja;
—
jew, sussidjarjament, tirrinvija parzjalment il-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tat-talbiet tan-natura kumpensatorja u riparatorja.
Aggravji u argumenti prinċipali
—
Żball proċedurali ta’ gravità tali li jippreġudika irreparabbilment l-interessi tal-appellant;
—
nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, anki għal raġuni ta’ nuqqas ta’ raġonevolezza, għal tautologicità, illoġiċità u inkonsistenza, kif ukoll għal interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata, falza u mhux raġonevoli tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tal-kriterji relatati mal-ermenewtika tar-regoli, u tal-kundizzjonijiet relatati mal-kundanna ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea biex jikkumpensaw danni;
—
konfużjoni, arbitrarjetà u rappreżentazzjoni ħażina u żnaturament tal-fatti;
—
rappreżentazzjoni ħażina u devjazzjoni tal-fatti, interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata, ħażina, falza u mhux raġonevoli tal-kriterji relatati mal-ammissibilità tat-talbiet ġudizzjarji.
Full & Egal Universal Law Academy