3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (Ir-Rumanija) fis-6 ta’ Diċembru 2011 — S.C. “Augustus” Srl Iași vs Agenția de Plăți pentru Dezvoltare Rurală și Pescuit
(Kawża C-627/11)
2012/C 65/09
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casație și Justiție
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: S.C. “Augustus” Srl Iași
Konvenut: Agenția de Plăți pentru Dezvoltare Rurală și Pescuit
Domanda preliminari
Ir-Regolamenti tal-Kunsill Nru 1260/1999 (1) u Nru 1268/1999 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-iżvolġiment tal-attività ekonomika tal-benefiċjarji tal-fondi SAPARD, mogħtija matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet previsti għall-għoti tagħhom, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ effettività ekonomika u ta’ vijabbiltà tal-benefiċjarju, fid-dawl tal-kuntest konkret invokat, jiġifieri katastrofi naturali lokali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa ċentrali u ta’ lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-Adeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 31, p. 268)
Full & Egal Universal Law Academy