18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/17
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-298/09, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-629/11 P)
2012/C 49/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenrali
—
teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u 1) tannulla d-deċiżjoni tad-DG EAC li jingħażlu l-offerti tal-appellanti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EAC/01/2008 għall-provvista ta’ servizzi esterni ta’ programmi edukattivi (ESP-ISEP) (ĠU 2008/S 158-212752) għal-Lott 1 (Żvilupp u manutenzjoni ta’ sistemi informatiċi) u għal-Lott 2 (Studju u ttestjar ta’ sistemi informatiċi u servizzi ta’ taħriġ u ta’ assistenza relatati) bħala t-tieni appaltatur tal-cascade mechanism, ikkomunikati lir-rikorrenti permezz ta’ żewġ ittri separati tat-12 ta’ Mejju 2009; 2) teżamina t-talba għal kumpens imressqa abbażi tal-ex Artikoli 225, 235 u 288 (KE) (li saru l-Artikoli 256, 268 u 340 TFUE) għad-danni subiti mill-appellanti minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni, li jammontaw għal EUR 9 544 480 (EUR 3 945 040 għal-Lot 1 u EUR 5 599 440 għal-Lot 2).
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
(1)
L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq aggravju uniku bbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament finanzjarju (1) u tal-Artikolu 149(2) tar-Regoli ta’ implementazzjoni.
(2)
L-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-298/09, sa fejn il-Kummissjoni ma osservatx fit-termini previsti d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament finanzjarju u tal-Artikolu 149(2) tar-Regoli ta’ implementazzjoni, li huma rekwiżiti proċedurali fundamentali. Barra minn hekk, l-informazzjoni limitata kkomunikata tard lir-rikorrenti bl-ebda mod ma tista’ titqies bħala li hija suffiċjenti u li tissodifa l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament finanzjarju, peress li din bl-ebda mod ma mmotivat jew ma ġġustifikat l-evalwazzjonijiet rispettivi u peress li din ma tinkludi l-ebda informazzjoni fuq il-karatteristiċi u l-merti rispettivi tal-oferent li kklassifika l-aħjar.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 [2002], tal- 25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)
Full & Egal Universal Law Academy