21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/9
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Timsas Srl kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2011 fil-kawżi magħquda T-394/08, T-408/08, T-453/08 u T-454/08, Regione autonoma della Sardegna et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-632/11 P)
2012/C 118/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Timsas Srl (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Pinna, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Regione autonoma della Sardegna, Selene di Alessandra Cannas et
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-kawżi magħquda T-394/08, T-408/08, T-453/08 u T-454/08 sa fejn tiċħad il-motiv imressaq mill-appellanti rigward in-nuqqas ta’ motivazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-2 ta’ Lulju 2008, 2008/854/KE rigward skema ta’ għajnuna “Liġi reġjonali Nru 9 tal-1998 — applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98” (ex NN 158/03 u CP 15/2003) (ĠU L 302);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Is-sentenza appellata hija vvizzjata minħabba żnaturament tal-mezzi ta’ appell, żball ta’ liġi, nuqqas ta’ loġika u kontradizzjoni fil-motivazzjoni. B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx, lanqas b’mod impliċitu, ir-raġunijiet taċ-ċaħda tal-ilmenti bbażata fuq l-iżball manifest imwettaq mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna. Il-Qorti Ġenerali sostniet li jirrigwarda l-fatt “[…] biss li jiġi eżaminat jekk ir-rikorrenti wrewx l-eżistenza, f’dan il-każ, ta’ ċirkustanzi li jistgħu jiżguraw l-effett ta’ inċentiv tal-iskema kkontestata anki fin-nuqqas ta’ tressiq tat-talba preċedentement għall-bidu tat-twettiq tal-proġetti inkwistjoni”, iżda ma sostnietx li r-rikorrenti ma tawx tali prova u ma provdiet l-ebda raġuni li permezz tagħha tista’ tinftiehem ir-raġuni ta’ tali konvinzjoni (b’mod totalment impliċitu).
Dak li huwa stabbilit fil-punt 227 tas-sentenza li jiddikjara li l-Kummissjoni ma kinitx għalhekk obbligata tevalwa ċ-ċirkustanzi partikolari speċifiċi tal-benefiċjarji individwali, huwa insuffiċjenti jew kontradittorju. Huwa inkomprensibbli kif l-appellanti jistgħu jiġġustifikaw l-eżistenza tal-effett tal-inċentiv mingħajr ma jiġu esposti ċ-ċirkustanzi tal-każ tagħhom stess: il-Kummissjoni u, fl-istadju tar-rikors, il-Qorti Ġenerali kellhom joħolqu prinċipju uniformi billi jaraw minn perspettiva oġġettiva s-sitwazzjoni ta’ kull parti rrappreżentata li tista’ tkun ikkunsidrata bħala partikolari jew speċifika għal dik biss fir-rigward ta’ data konkreta iżda illi tista’ titqies ukoll għal dikjarazzjoni ġenerali u astratta.
Fl-aħħarnett, kemm il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata kif ukoll il-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata żnaturaw l-intenzjonijiet tal-appellanti, billi attribwewlha l-għan aħħari li ċċaqlaq fuq pjan individwali deċiżjoni li kellha bħala referenza skema ġenerali u, minħabba din l-ambigwita’, huma kienu bi żball irrifjutaw milli jieħdu inkunsiderazzjoni l-impatt li l-elementi mressqa quddiemhom mill-appellanti seta’ jkollhom fuq l-evalwazzjoni tal-portata tal-iskema ta’ għajnuna f’termini ġenerali.
Full & Egal Universal Law Academy