17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad — Varna (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Diċembru 2011 — EOOD Stroy Trans vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite
(Kawża C-642/11)
2012/C 80/12
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen Sad — Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EOOD Stroy Trans.
Konvenuti: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-VAT imniżżla minn persuna fuq fattura hija dovuta irrispettivament mill-fatt jekk ikunx iġġustifikat li titniżżel fuq il-fattura (nuqqas ta’ kunsinna jew ta’ ħlas), u fis-sens li l-awtoritajiet inkarigati mill-applikazzjoni taz-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (il-Liġi dwar il-VAT) ma humiex kompetenti sabiex jaġġustaw it-taxxa mniżżla mill-persuna, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li fattura tista’ tiġi aġġustata biss mill-persuna li toħroġha?
(2)
Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettativi leġittimi huma miksura minn prassi amministrattiva u minn ġurisprudenza tikkonsisti f’li parti (id-destinatarju tal-fattura) tiġi mċaħħda, permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġustament fiskali, mid-dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input, filwaqt li l-VAT ma hijiex aġġustata, anki f’dan il-każ permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġustament fiskali, għall-parti l-oħra (il-persuna li toħroġ il-fattura) fil-każijiet segwenti:
—
il-persuna li ħarġet il-fattura ma ppreżentat ebda dokument waqt il-verifika fiskali tagħha;
—
il-persuna li ħarġet il-fattura ppreżentat dokumenti waqt il-verifika fiskali, iżda il-fornituri tagħha ma produċewx prova jew fid-dawl tal-provi li huma pproduċew ma jirriżultax li l-kunsinna ta’ merkanzija jew il-provvista ta’ servizzi kienet verament twettqet;
—
fil-kuntest tal-verifika fiskali tal-persuna li ħarġet il-fattura, it-tranżazzjonijiet inkwistjoni ma ġewx ivverfikati tul il-proċess tal-kunsinna?
Full & Egal Universal Law Academy