3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Diċembru 2011 — MA, BT, DA vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-648/11)
2012/C 65/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MA, BT, DA
Konvenuta: Secretary of State for the Home Department
Parti interessata: Aire Centre
Domanda preliminari
(1)
Fil-kuntest tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 6 p. 109), liema huwa l-Istat Membru responsabbli għad-determinazzjoni tal-applikazzjoni tal-ażil meta applikant għall-ażil, li huwa minorenni mhux akkumpanjat mingħajr l-ebda membru tal-familja tiegħu jew tagħha preżenti legalment fi Stat Membru ieħor, ikun għamel applikazzjonijiet għal ażil f’iktar minn Stat Membru wieħed.
Full & Egal Universal Law Academy