25.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 58/5
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-421/10, Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u María Constantina Sotelo Ares
(Kawża C-649/11 P)
2012/C 58/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega (rappreżentant I. Temiño Ceniceros, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u María Constantina Sotelo Ares
Talbiet tal-appellanti
—
tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-42/10 fl-intier tagħha.
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
(1)
Ksur min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 36 tal-Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 53 tiegħu.
(2)
Ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega u tad-dritt għal smigħ xieraq u, b’mod partikolari tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.
(3)
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-29 ta’ Frar 2009 (1).
(1) Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy