3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/7
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2011 minn Seven for all mankind LLC mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fis-6 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-176/10: Seven SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-655/11 P)
2012/C 65/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Seven for all mankind LLC (rappreżentant: A. Gautier-Sauvagnac, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-6 ta’ Ottubru 2011, innotifikata fis-7 ta’ Ottubru 2011 (Kawża T-176/10);
—
tikkonferma d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Jannar 2010, innotifikata fil-15 ta’ Frar 2010 (Każ R 1514/2008-2);
—
tordna lil Seven SpA tbati, barra mill-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Seven for all mankind quddiem il-Qorti Ġenerali u l-UASI
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata abbażi tal-aggravji li ġejjin:
—
l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet irregolarità proċedurali li tippreġudika l-interessi tal-appellanti waqt l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tal-kelma SEVEN;
—
it-tieni nett, il-Qorti Ġenerali ma ssodisfatx ir-rekwiżiti tal-ġurisprudenza stabbilita waqt l-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ xebh bejn it-trade marks, skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (RTMK), u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha f’dan il-każ.
Full & Egal Universal Law Academy