10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (Il-Belġju) fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Belgian Electronic Sorting Technology NV vs Bert Peelaers u Visys NV
(Kawża C-657/11)
2012/C 73/31
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgian Electronic Sorting Technology NV
Konvenuti: Bert Peelaers u Visys NV
Domandi preliminari
Il-kunċett ta’ “reklamar” li jidher fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE (1), tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/114/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi, minn naħa, ir-reġistrazzjoni u l-użu ta’ isem tad-domain (domain name) u min-naħa l-oħra, l-użu ta’ metaidentifikaturi (“metatags”) fil-metadejta ta’ websajt?
(1) ĠU L 250, p. 17
(2) ĠU L 376, p. 21
Full & Egal Universal Law Academy