24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Diċembru 2011 — SC Scandic Distilleries SA vs la Direcție Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-663/11)
2012/C 89/05
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Scandic Distilleries SA
Konvenuta: la Direcție Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Domandi preliminari
(1)
Ir-rifjut tal-awtoritajiet fiskali Rumeni li jilqgħu talba għal ħlas lura tad-dazju tas-sisa jmur kontra d-dritt Ewropew (Artikoli 7 u 22 tad-Direttiva 92/12/KEE, kif ukoll il-premessi tagħha), fil-każ li:
(a)
in-negozjant li qiegħed jitlob il-ħlas lura tad-dazju tas-sisa pproduċa prova li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet tekniċi kollha li għalihom il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġetta l-ammissibbiltà tat-talba għal ħlas lura, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw: (i) il-prova tal-ħlas tad-dazji tas-sisa fir-Rumanija u (ii) il-prova tal-kunsinna tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa fi Stat Membru ieħor;
(b)
mir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali Rumena [Artikolu 1926 tal-Kodiċi Fiskali, punt 184 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni previsti fid-deċiżjoni tal-Gvern Rumen Nru 44/2004 u l-Anness Nru 11 tat-Titolu VII tal-Kodiċi Fiskali] jirriżulta li ċerti dokumenti li kellhom jakkumpanjaw it-talba għal ħlas lura ma setgħux jiġu pprovduti ħlief wara l-kunsinna tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa fi Stat Membru ieħor;
(c)
il-leġiżlazzjoni fiskali Rumena [Artikolu 184(4) tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni li jirreferi għall-Artikolu 135 tal-Kodiċi tal-Proċedura Fiskali] tipprovdi terminu ġenerali ta’ 5 snin għal kull talba għal ħlas lura/rimbors?
(2)
L-Artikolu 22[2](a) tad-Direttiva 92/12/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li negozjant li ma jippreżentax talba għal ħlas lura tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru fejn dan tħallas, qabel il-kunsinna tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa lejn Stat Membru ieħor fejn il-prodotti huma intiżi għall-konsum, jitlef id-dritt tiegħu li jikseb il-ħlas lura tad-dazju tas-sisa?
(3)
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta pożittiva għad-domanda Nru 2, it-telf tad-dritt għal negozjant li jikseb il-ħlas lura tad-dazju tas-sisa, fil-kuntest ta’ taxxa doppja tal-istess prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa (fl-Istat Membru fejn il-prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa tqiegħdu inizjalment għal konsum u fl-Istat Membru fejn dawn il-prodotti huma intiżi għall-konsum), huwa konformi mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali?
(4)
Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta pożittiva għad-domanda Nru 2, it-terminu estremament qasir bejn id-data tal-ħlas tad-dazji tas-sisa għall-prodotti li tqiegħdu għall-konsum fi Stat Membru u d-data tal-kunsinna tal-prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa lejn Stat Membru ieħor, fejn huma intiżi għall-konsum, jista’ jitqies bħala konformi mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività? Il-fatt li t-terminu ġenerali għat-talba tal-ħlas lura/rimbors ta’ imposta, taxxa jew kontribuzzjoni fl-Istat Membru inkwistjoni huwa itwal, b’mod sinjifikattiv, għandu impatt f’dan ir-rigward?
Full & Egal Universal Law Academy