24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), suċċessur tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR) vs Société Agroprovence
(Kawża C-674/11)
2012/C 89/13
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), suċċessur tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR)
Konvenuta: Société Agroprovence
Domandi preliminari
(1)
Kif il-fakultà, mogħtija mill-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq tranżazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEGG, sezzjoni ta’ “garanziji” (1), ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ skrutinju “għal perjodi […] li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ 12-il xahar” li huwa jiddefinixxi, tista’ tiġi implementata minn Stat Membru fid-dawl, minn naħa, tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u n-neċessità li l-awtoritajiet ta’ skrutinju ma jingħatawx setgħa indeterminata?
(2)
B’mod partikolari:
—
il-perijodu ta’ skrutinju għandu, fi kwalunkwe każ, sabiex l-iskrutinju ma jkunx ivvizzjat b’irregolarità li dak li jkun suġġett għal skrutinju jista’ jipprevalixxi ruħu minnha kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dak l-iskrutinju, jiskadi matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar ta’ qabel il-perijodu, imsejjaħ “ta’ skrutinju”, li matulu jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ skrutinju?
—
F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, kif għandha tinftiehem il-fakultà ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ skrutinju għal perijodi “wara l-perjodu ta’ 12-il xahar” li hija prevista espressament mir-regolament?
—
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-perijodu ta’ skrutinju għandu madankollu, sabiex l-iskrutinju ma jkunx ivvizzjat b’irregolarità li dak li jkun suġġett għal skrutinju jista’ jipprevalixxi ruħu minnha kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dak l-iskrutinju, ikun jinkludi perijodu ta’ tnax-il xahar li jiskadi matul il-perijodu ta’ skrutinju ta’ qabel dak li fih isir l-iskrutinju, jew jista’ l-iskrutinju jkun jirrigwarda biss perijodu li jiskadi qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208).
Full & Egal Universal Law Academy