24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR) vs Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM)
(Kawża C-676/11)
2012/C 89/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR)
Konvenuta: Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM)
Domandi preliminari
(1)
Il-fakultà, mogħtija mill-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema tal-FAEGG, sezzjoni “Garanziji” (1), sabiex jiġi estiż il-perijodu skrutinat “għal perijodi (...) preċedenti jew wara l-perijodu ta’ tnax-il xahar” li huwa jiddefinixxi, kif tista’ tiġi implementata minn Stat Membru, fid-dawl, minn naħa, tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u, min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-ħtieġa li l-awtoritajiet ta’ skrutinju ma jkollhomx setgħa indeterminata?
(2)
B’mod partikolari:
—
Il-perijodu skrutinat għandu, fi kwalunkwe każ, taħt piena li l-iskrutinju jkun ivvizzjat minn xi irregolarità li l-skrutinju seta’ juża kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju, jintemm matul il-perijodu ta “tnax il-xahar preċedenti l-perijodu, imsejjaħ ‘skrutinju’, li matulu jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ skrutinju?
—
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fl-affermattiv, kif għandha tinftiehem il-fakultà, espressament prevista mir-regolament, li jiġi estiż il-perijodu skrutinat b’perijodi ‘wara l-perijodu ta’ tnax-il xahar”?
—
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, il-perijodu skrutinat għandu madankollu, taħt piena li l-iskrutinju jkun ivvizzjat minn xi irregolarità li l-iskrutinju seta’ juża kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju, ikun ta’ perijodu ta’ tnax-il xahar li jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti li matulu seħħ l-iskrutinju, jew, l-iskrutinju jista’ jkopri biss perijodu li jintemm qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti?
(1) Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208)
Full & Egal Universal Law Academy