24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Doux Élevages SNC, Coopérative agricole UKL-AREE vs Ministère de l’Agriculture, de l’alimentation, de la pêche, de la ruralité et de l’aménagement du territoire, Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF)
(Kawża C-677/11)
2012/C 89/16
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Doux Élevages SNC, Coopérative agricole UKL-AREE
Konvenuti: Ministère de l’Agriculture, de l’alimentation, de la pêche, de la ruralité et de l’aménagement du territoire, Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF)
Domanda preliminari
L-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri fid-dawl tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Pearle BV et (C-345/02), għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi lill-professjonisti kollha ta’ settur ftehim li, bħall ftehim konkluż fi ħdan il-Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF), jistabbilixxi kontribuzzjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-imsemmija awtorità u li għalhekk jagħmilha obbligatorja, sabiex tippermetti l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazzjonijiet esterni, ta’ garanzija ta’ kwalità, ta’ riċerka, ta’ difiża tal-interessi tas-settur kif ukoll il-ksib ta’ studji u ta’ opinjonijiet ta’ kumitati tal-konsumaturi, hija, fid-dawl tan-natura tal-azzjonijiet inkwistjoni, tal-metodi ta’ kif jiġu ffinanzjati u tal-kundizzjonijiet tal-implementazzjoni tagħhom, relatata ma’ għajnuna mill-Istat?
Full & Egal Universal Law Academy