3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Diċembru 2011 — Anita Chieza vs Secretary of State for Work and Pensions
(Kawża C-680/11)
2012/C 65/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Anita Chieza
Konvenuta: Secretary of State for Work and Pensions
Domanda preliminari
(1)
It-trattament differenti fuq il-bażi ta’ sess taħt l-iskema ta’ benefiċċju minħabba inkapaċità għandu jkun neċessarjament u oġġettivament marbut mad-differenza fl-età pensjonabbli biex ikun jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga tal-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 79/7 (1) f’ċirkustanzi fejn il-parti li tressaq it-talba:
(a)
tkun mara
(b)
timrad qabel ma tilħaq l-età pensjonabbli (għal mara, l-età ta’ 60 sena)
(c)
tirċievi l-ħlas statutorju għal mard (ĦSM) mill-persuna li timpjegaha għal 28 ġimgħa, li fil-frattemp tkun laħqet l-età pensjonabbli;
(d)
wara li tilħaq l-età pensjonabbli, titlob il-benefiċċju għal inkapaċità għal zmien qasir;
(e)
tissodisfa r-rekwiżiti kontributorji sabiex tkun intitolata għal benefiċċju għal inkapaċità għal zmien qasir;
(f)
ġiet imċaħħda mill-benefiċċju għal inkapaċità għal zmien qasir għaliex bħala punt ta’ liġi “l-perijodu ta’ inkapaċità għal xogħol” beda wara li kienet laħqet l-età pensjonabbli (għaliex il-liġi tistabbilixxi li perijodu ta’ intitolament għall-ĦSM ma għandux jiġi kkunsidrati bħala perijodu ta’ inkapaċità ta’ xogħol),
iżda fil-każ li l-parti li tressaq it-talba tkun ta’ sess maskili, timrad qabel l-età ta’ 60, tirċieivi l-ĦSM mingħand il-persuna li timpjegah għal 28 ġimgħa u titlob il-benefiċċju għal inkapaċità għal zmien qasir fl-età ta’ 60, din, bħala regola ġenerali, titqies bħala kkwalifikata għall-benefiċċju għal inkapaċità għal żmien qasir, għaliex il-perijodu tagħha ta’ inkapaċità ta’ xogħol beda qabel ma laħqet l-età pensjonabbli, anki jekk wara li laħqet is-60 sena ?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215)
Full & Egal Universal Law Academy