3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/8
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2011 minn GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-149/11, GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-682/11 P)
2012/C 65/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
(1)
tannulla fuq il-bażi tat-talbiet li saru fl-ewwel istanza d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-149/11.
(2)
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tikkritika s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ċaħdet ir-rikors tagħha bħala inammissibbli minħabba nuqqas ta’ interess dirett.
L-appellanti tqis li hija tinsab direttament affettwata mir-regolament (1) inkwistjoni. Dan jirriżulta mill-fatt li kien jidher ċar, sa minn meta r-regolament ġie adottat u qabel ma dan daħal fis-seħħ, li l-Istati Membri destinatarji kienu fil-fatt ser jużaw is-setgħa diskrezzjonali f’sens wieħed. Għalhekk, il-possibbiltà li l-Istat Membri destinatarji jew l-istituzzjonijiet tagħhom jiddeċiedu li jaġixxu mod ieħor hija biss teoretika.
(1) Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy