Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’Ottubru 2011 – Lück et vs Il-Kunsill
(Kawża C‑2/11 P(I))
“Appell – Intervent – Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima”
1. Proċedura - Intervent - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima – Tilwima dwar il-validità ta’ regolament li jistabbilixxi dazju antidumping - Neċessità li jiġi ġġustifikat interess attwali, dirett u ċert (Artikolu 230 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40) (ara l-punti 9-11, 14, 15)
2. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 22, 23)
3. Proċedura - Intervent - Persuni kkonċernati - Talba għal intervent ippreżentata minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta s-settur ikkonċernat - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40) (ara l-punti 24, 25)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (President tat-Tmien Awla), tal-14 ta’ Diċembru 2010, Huvis vs Il‑Kunsill (T‑536/08), li jiċħad it-talba għal intervent tar-rikorrenti, f’rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal‑10 ta’ Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 247, p. 1).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Lück GmbH & Co KG, Sandler AG u Gesamtverband der Deutschen Textil- und Modeindustrie eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy