Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 —Volturno Trasporti
(Kawża C-21/11)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà manifesta”
1. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Neċessità ta’ deċiżjoni preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 10, 11)
2. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 267 TFUE; Regolamenti tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23) (ara l-punti 12, 13)
3. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Domandi li jirrigwardaw dispożizzjonijiet nazzjonali mingħajr rabta mas-suġġett tal-kawża prinċipali — Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 14-17 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Benevento — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10(ċ) u 12(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Impożizzjoni ta’ ħlas ta’ miżata annwali għall-inklużjoni fir-reġistru tal-kumpanniji miżmum mill-kmamar tal-kummerċ lokali — Ammissibbiltà.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Benevento (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2010, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy