Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 – Sfichi u Ilaş vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Suceava et
(Kawżi magħquda C-29/11 u C-30/11)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Taxxi interni – Artikolu 110 TFUE – Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur”
Dispożizzjonijiet fiskali - Taxxi interni - Taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fit-territorju nazzjonali (Artikolu 110 TFUE) (ara l-punti 23-26 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunalul Suceava - Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ewwel reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi għall-ħlas ta’ taxxa ambjentali, filwaqt li l-vetturi użati li huma diġà preżenti fis-suq nazzjonali huma eżenti mill-imsemmija taxxa meta jerġgħu jiġu rreġistrati - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 110 TFUE - Xkiel għall-moviment liberu tal-merkanzija.
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis li hija imposta fuq vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati li jkollhom l-istess età u li jkunu fl-istess kundizzjoni fir-rigward tal-użu li jkun sar minnhom fis-suq nazzjonali.
Full & Egal Universal Law Academy