Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2011 – Deutsche Bahn vs UASI
(Kawża C-45/11 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita orizzontali tal-kuluri griż u aħmar – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 7(1)(b)”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(1)) (ara l-punt 46)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 57, 58)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010, Deutsche Bahn vs UASI (T‑404/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal bil-kulur, li jikkonsisti f’taħlita tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja għal ċerti servizzi fil-klassi 39 - Karattru distintiv ta’ sinjal li jikkonsisti f’taħlita ta’ kuluri.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy