Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2011 – Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni
(Kawża C‑52/11 P)
“Appell – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Ittra indirizzata lill-Parlament u lill-Kummissjoni – Risposta – Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni – Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli”
1. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 20)
2. Appell - Aggravji - Żball ta’ liġi - Ommissjoni mill-Parlament u mill-Kummissjoni li jeżaminaw petizzjoni tar-rikorrent - Inkonsistenza bejn it-talbiet u l-korp tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ żball (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE) (ara l-punti 21-23)
3. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 30)
4. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ġurisidizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Ordni indirizzata lil istituzzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 265 TFUE) (ara l-punt 38)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2010, Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni (T‑61/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea, sa fejn dawn l-istituzzjonijiet illegalment naqsu milli jwieġbu għall-ittra tal-appellant tas-6 ta’ Ottubru 2009, talba għal ħruġ ta’ ordni u talba għal miżuri ta’ protezzjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
F. Victoria Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy