Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 – DTL Corporación vs UASI
(Kawża C‑67/11 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Solaria” u trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti li tinkludi l-element verbali “Solartia” – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Talba għas-sospensjoni tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali – Nuqqas ta’ tressiq tat-talba fi żmien xieraq”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40, 41)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2010, DTL vs UASI (T-188/10) - Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria) (T-188/10), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Frar 2010 (Każ R 767/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL u DTL Corporación SL.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 37 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.
2)
L-appell huwa miċħud sa fejn jikkonċerna servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 fis-sens tal-imsemmi Ftehim ta’ Nice.
3)
DTL Corporación SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy