Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Longevity Health Products vs UASI
(Kawża C‑81/11 P)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL — Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Drittijiet tad-difiża”
1. Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ appell — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Awtorizzazzjoni għall-preżentata ta’ replika — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(2)) (ara l-punt 19)
2. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 27)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Longevity Health Products vs UASI — Gruppo Lepetit (T‑363/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “RESERVEROL”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35, kontra d-Deċiżjoni R 1204/2008‑2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal‑Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tad-9 ta’ Lulju 2009, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “LESTEROL”, għal prodotti fil-klassi 5.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Longevity Health Products Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy