Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 – Verein Deutsche Sprache vs Il-Kunsill
(Kawża C-93/11 P)
“Appell – Kontenut tas-sit internet tal-Presidenza tal-Kunsill – Nuqqas tal-Kunsill li jiggarantixxi l-eżistenza tal-kontenut kollu tas-sit bil-lingwa Ġermaniża – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni – Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Appell manifestament infondat”
1. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Indikazzjoni tat-talbiet tar-rikors - Talbiet impliċiti intiżi għall-konstatazzjoni tan-nuqqas li tittieħed azzjoni minn istituzzjoni (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(d)) (ara l-punti 18-21)
2. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Preżentazzjoni tas-siti internet tal-Presidenzi tal-Kunsill - Ittra mibgħuta minn istituzzjoni - Esklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 25-29)
3. Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament kontra miżuri li ma jipproduċux effetti legali vinkolanti - Possibbiltà għall-individwi li jikkontestaw tali miżuri permezz tar-rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni (Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 30, 31)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010, Verein Deutsche Sprache vs Il-Kunsill (T-245/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet, bħala manifestament inammissibbli, ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti u intiż li jiġi kkonstatat li l-Kunsill kiser id-dritt tal-Unjoni b’mod partikolari meta ma ggarantixxiex li l-kontenut kollu tas-sit internet tal-Presidenza tal-Kunsill ikun disponibbli bil-lingwa Ġermaniża - Nuqqas ta’ osservanza tan-natura u tas-suġġett tar-rikors - Assenza tal-eżami legali tat-teħid ta’ pożizzjoni tal-Kunsill - Ksur tal-obbligu li jiġu mħarrsa l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Verein Deutsche Sprache eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy