Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011– Ruipérez Aguirre u ATC Petition vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-111/11 P)
“Appell – Rikors għal annullament – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Inammissibbiltà – Appell manifestament infondat”
Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Esklużjoni (Artikoli 258 TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 11 sa 16)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-20 ta’ Jannar 2011, Ignacio Ruipérez Aguirre u ATC Petition vs Il-Kummissjoni (T‑487/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Lulju u tal-11 ta’ Awwissu 2010, li jirrifjutaw li jagħtu bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE kontra r-Renju ta’ Spanja.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
I. Ruipérez Aguirre u ATC Petition għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy