Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 – INNO vs Unie van Zelfstandige Ondernemers et
(Kawża C‑126/11)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Direttiva 2005/29/KE – Prattiki kummerċjali żleali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklami li jħabbru tnaqqis fil-prezz u dawk li jalludu għal tali tnaqqis”
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi projbizzjoni ġenerali tar-reklami li jħabbru tnaqqis fil-prezz u ta’ dawk li jalludu għal tali tnaqqis matul il-perijodu li jippreċedi dak tal-bejgħ bi skont - Inammissibbiltà - Kundizzjoni (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29) (ara l-punt 32 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Hof van Cassatie van België – Interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22).
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprevedi projbizzjoni ġenerali tar-reklami li jħabbru tnaqqis fil-prezz u ta’ dawk li jalludu għal tali tnaqqis matul il-perjodu li jippreċedi dak tal-bejgħ bi skont, sa fejn din id-dispożizzjoni tfittex skopijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumatur.
Full & Egal Universal Law Academy