Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 – Vino vs Poste Italiane
(Kawża C-161/11)
“Artikoli 92(1), 103(1) u 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Politika soċjali – Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat – Settur pubbliku – L-ewwel jew l-uniku kuntratt – Deroga mill-obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Nuqqas ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Domanda magħmula fil-kuntest ta’ tilwima li taqa’ taħt id-dritt nazzjonali u mhux taħt id-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 35-41)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale di Trani - Interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-Unjoni kif ukoll tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Kampijiet ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji - Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirratifika fl-ordinament ġuridiku nazzjonali klawżola li ma tispeċifikax il-kawża tal-impjieg għal żmien determinat għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema ma’ SpA Poste Italiane.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni biex tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) permezz tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Frar 2011.
Full & Egal Universal Law Academy