Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — Yorma’s vs UASI
(Kawża C-191/11 P)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali ‘yorma’s’ — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORMA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni”
1. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 36)
2. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 43)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2011, Yorma’s vs UASI-Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA’S) (T‑213/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2009, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jinkludi l-element verbali “yorma’s” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti servizzi li jaqgħu taħt il-klassijiet 35 u 42, billi laqgħet l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “NORMA” — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tat-trade marks u tas-servizzi inkwistjoni — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Yorma’s AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy