Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Frar 2012 — Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-208/11 P)
“Appell — Aċċess għal dokumenti — Rikors għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti li jikkonċernaw kuntratt intiż għall-kofinanzjament ta’ programm ta’ għajnuna medika organizzat fil-Kazakistan — Inammissibbiltà tar-rikors minħabba li ġie ppreżentat tard — Determinazzjoni żbaljata tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors”
1. Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti preparatorji — Esklużjoni — Teħid ta’ pożizzjoni inizjali fil-kuntest tal-proċedura dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni — Att preparatorju (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 29, 30)
2. Appell — Aggravji — Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali — Motiv ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio (ara l-punt 34)
3. Appell — Aggravji — Raġunijiet ta’ sentenza vvizzjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Dispożittiv ibbażat fuq raġunijiet legali oħra — Ċaħda (ara l-punt 35)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-36/10 — Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment bħala inammissibbli r-rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009 u tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-rifjut li jingħata aċċess komplet lil Internationaler Hilfsfonds għall-fajl relatat mall-kuntratt LIEN 97-2011 intiż għall-kofinanzjament ta’ programm ta’ għajnuna medika organizzat fil-Kazakistan — Inammissibbiltà tar-rikors minħabba li ġie ppreżentat tard — Determinazzjoni żbaljata tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Internationaler Hilfsfonds eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy