Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 — DHL Danzas Air & Ocean vs Inspecteur van de Belastingdienst
(Kawża C‑227/11)
“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Analizzaturi ta’ netwerk — Klassifikazzjoni — Valur legali ta’ opinjoni ta’ klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana”
1. Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Interpretazzjoni — Użu tal-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana — Użu tan-Nomenklatura Magħquda — Limiti — Opinjoni li ma tistax tkun il-bażi tal-invalidità ta’ regolament ta’ klassifikazzjoni — Merkanzija importata qabel l-adozzjoni tal-imsemmija opinjoni (ara l-punti 40, 43)
2. Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Analizzaturi ta’ netwerks attivi — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 9030 40 90 jew fis-subintestatura 9030 40 00 tan-Nomenklatura Magħquda — Kundizzjoni (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1810/2004 u Nru 1719/2005) (ara l-punt 53 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Haarlem — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2005, tal-20 ta’ Jannar 2005, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 955/98 (ĠU 2008 L 348M, p. 49) — Analizzaturi ta’ netwerk.
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, u permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, rispettivament, għandha tiġi interpretata fis-sens li analizzaturi tan-netwerk bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9030 40 90 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1810/2004, jew fis-subintestatura 9030 40 00 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1719/2005, skont id-data tal-importazzjoni tagħhom, sakemm dawn l-apparati għandhom l-istess għan li jħaddmu miżuri jew kontrolli ta’ kwantitajiet elettriċi, fatt li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina. Alternattivament, dawn l-apparati għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9031 80 39 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1810/2004, jew fis-subintestatura 9031 80 38 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-verjoni li tirriżulta mir-Regolament Nru 1719/2005, skont id-data tal-importazzjoni tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy