Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 taʼ Mejju 2012 — World Wide Tobacco España vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-240/11 P)
“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Effett dissważiv — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi attenwanti — Limitu massimu taʼ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Kooperazzjoni”
1. Appell — Aggravji — Neċessità taʼ kritika preċiża taʼ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punt 41)
2. Appell — Aggravji — Insuffiċjenza taʼ motivazzjoni — Użu taʼ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 u Artikolu 58) (ara l-punt 65)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Rabaʼ Awla), tat-8 taʼ Marzu 2011 — World Wide Tobacco España vs Il‑Kummissjoni (T‑37/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment talba għal tnaqqis fl-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4030 finali, tal-20 taʼ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C. 38. 238/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — Spanja)
Dispożittiv
1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
2)
World Wide Tobacco España SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.
Full & Egal Universal Law Academy