Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 – Campailla vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-265/11 P)
“Appell – Rekwiżiti proċedurali – Rappreżentanza minn avukat – Inammissibbiltà manifesta”
Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Rikors ippreżentat mingħajr il-patroċinju ta’ avukat - Regolarizzazzjoni permezz ta’ rikors sussegwenti - Inammissibbiltà - Ksur tad-dritt għal rikors effettiv, tad-dritt għal aċċess għal qorti imparzjali u dak għal smigħ xieraq tal-kawża tiegħu - Assenza (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(1) u Artikolu 38(3)) (ara l-punti 7-9)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Marzu 2011, Campailla vs Il‑Kummissjoni (T‑429/09), li bih ċaħad ir-rikors għad-danni tar-rikorrent intiż sabiex jikseb kumpens għad-danni li sofra wara r-rifjut tal-Kummissjoni milli tintervjeni f’tilwima bejnu u l-Istat tal-Kamerun - Ammissibbiltà - Rekwiżiti proċedurali sostanzjali - Rappreżentanza obbligatorja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn avukat awtorizzat li jipprattika f’qorti ta’ Stat Membru
Dispożittiv
1)
L-appell ta’ M. Campailla huwa inammissibbli.
2)
Il-kawża hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy