Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011 – Longevity Health Products vs UASI
(Kawża C-316/11 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tad-dritt tal-appell fit-terminu stabbilit – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala li ma ġiex ippreżentat”
Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 16)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011 Longevity Health Products vs UASI - Biofarma (T‑96/11) Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “VITACHRON female”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 fost oħrajn, kontra d-Deċiżjoni R 1357/2010‑4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2011, li tiddikjara li r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “VITATHION”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5, huwa meqjus bħala li ma ġiex ippreżentat, peress li d-dritt tal-appell ma tħallasx fit-terminu stabbilit.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Longevity Health Products Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy