Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Marzu 2012 — Thomson Sales Europe
(Kawża C‑348/11)
“Artikoli 92(1) u 103(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Inammissibbiltà manifesta — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Risposta li ma tagħti lok għal ebda dubju raġonevoli — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-validità — Politika kummerċjali komuni — Dumping — Importazzjoni ta’ settijiet tat-televiżjoni immanifatturati fit-Tajlandja — Validità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) — Validità tar-Regolamenti (KE) Nri 710/95 u 2584/98”
1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-domandi mqajma — Evalwazzjonijiet mill-qorti nazzjonali (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 41, 43)
2. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Domandi mressqa mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Domandi mressqa f’kuntest li jeskludi risposta utli — Assenza ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari — Domandi bbażati fuq affermazzjonijiet mhux ivverifikati tar-rikorrent — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 48, 49, 51, 53, 57, 58)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal d’instance de Paris — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 710/95, tas-27 ta’ Marzu 1995, li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li tiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju (ĠU L 73, p. 3) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2584/98, tas-27 ta’ Novembru 1998, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 710/95 iċċitat iktar ’il fuq (ĠU L 324, p. 1) — Regolamenti li japplikaw għall-kalkolu tal-medja differenzjata tal-marġni ta’ dumping, metodu li jikkonsisti fit-tnaqqis għal żero — Validità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) dwar l-oriġini tas-settijiet tat-televiżjoni.
Dispożittiv
L-eżami tar-raba’ u tal-ħames domandi ma sab ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 710/95, tas-27 ta’ Marzu 1995, li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li tiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju, u tal-Kunsill Nru 2584/98, tas-27 ta’ Novembru 1998, li jemenda r-Regolament Nru 710/95.
Full & Egal Universal Law Academy